L-għada li l-bejgħ tal-passaporti f’Malta spiċċa kundannat mill-Kummissjoni Ewropea, il-Ministru Owen Bonnici għalaq għajnejh għall-konkluzjonijiet ta’ dan ir-rapport.
Fil-konkluzjonijiet tagħha, il-Kummissjoni Ewropea kritikat l-iskema tal-Gvern Malti, fost oħrajn, minħabba nuqqas ta’ sigurtà u trasparenza, kif ukoll għall-fatt li kif inhi, qed tiftaħ il-bieb għal min irid jaħsel il-flus.
Iżda waqt li fil-kummenti tiegħu l-Ministru Owen Bonnici jgħid li wieħed ma jistax jakkuża lil Malta li tħalli opportunità għall-ħasil tal-flus, jammetti li huma ħafna l-barranin “dubjużi” li javviċinaw lil Malta biex jakkwistaw ċittadinanza għal skopijiet ħżiena, u r-rata taghhom hi kbira hafna.
Fid-dawl ta’ dan ir-rapport, il-Bulgarija diġa ħabbret li se twaqqaf il-bejgħ taċ-ċittadinanza, minkejja li l-iskema Bulgara meqjusa fost l-aqwa li jeżistu. Iżda meta semmejnielu dan il-każ, il-Ministru ħarab milli jwieġeb.
Jien mhux se noqgħod nitkellem dwar programmi ta’ pajjiżi ohra.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kemm-il darba tkellem kontra l-bejgħ taċ-ċittadinanza Maltija, u sostna li Gvern ġdid Nazzjonalista jġib investiment li jrendi fit-tul – mhux bil-bejgh tal-passaporti. Fil-fatt, Adrian Delia kien qal dan anke lill-Kummissarju Ewropew Vera Jourova waqt laqgħa f’Malta f’Ġunju li għadda.
//= $special ?>

