Lokali Temp

Sebat ijiem ta’ maltemp u riħ qawwi

Riħ Forza 7 u xita ma taqta' xejn tul tmiem il-ġimgħa

Ma jaqta xejn il-maltemp fuq il-gżejjer Maltin hekk kif kollox jindika li fi tmiem il-ġimgħa se jiżdied ir-riħ, u se tissokta x-xita. F’xi waqtiet ir-riħ se jlaħħaq il-qawwa ta’ Forza 7.

It-tbassir uffiċjali juri li Jannar kollu se jkompli b’dan it-tip ta’ temp. Għalkemm minn ħin għall-ieħor qed ikollna waqtiet fejn ix-xemx tipprova tfeġġ minn wara l-isħab, b’riżultat li xi drabi jinbidel f’festa ta’ kuluri fuq tila ta’ sħab griż – il-qawsalla.

Ħafna innotaw dan il-fenomenu fis-sema kmieni dalgħodu huma u deħlin għax-xogħol fil-Belt Valletta.

Dan ir-ritratt t’hawn taħt ittieħed mill-avukat Veronica-Anne Spiteri.

Il-qawsalla doppja li dehret fuq il-Belt