Lokali

Tal-pompi jistennew…u l-Ministru jieħu r-ritratti fit-Turkija!

L-azzjonijiet tas-sidien tal-pompi jidħlu fit-tielet jum tagħhom

Waqt li s-sidien tal-pompi tal-petrol illejla komplew bl-azzjonijiet tagħhom u reġgħu tfew il-magni awtomatiċi, il-Ministru Joe Mizzi jinsab għaddej, ma sħabu tal-Kabinett, fit-Turkija jieħu r-ritratti – ritratti li qed jitpoġġew fuq Facebook minn sieħbu Konrad Mizzi.

L-azzjonijiet issa daħlu fit-tielet jum tagħhom, bil-GRTU tippubblika messaġġ ġenwin mis-sidien tal-pompi:

“Mhux sew li int mhux tinqeda. Imma mhux sewwa li jien se nispiċċa naħdem għall-lasta. Aħna ilna snin nitolbu l-Gvern biex jgħina nkunu nistgħu inlaħqu mal-ispejjeż. Barra minn hekk qegħdin ninsistu li din l-għajnuna ma tkunx ta piż fuqek bħala konsumatur.”

Dan il-messaġġ kien ppubblikat fuq il-paġna ta’ Facebook tal-GRTU.

Ikkummenta