Lokali

Azzjonijiet sospiżi sa għada

Il-Ministru Joe Mizzi mistenni jiltaqa' mal-GRTU għada

Fi stqarrija li ħarġet ftit tal-ħin ilu, il-GRTU ħabret li l-istazzjonijiet tal-Pompi tal-Petrol iddeċidew li l-azzjonijiet ser ikunu qegħdin jiġu temporanjament sospiżi.

Dan sakemm issir il-laqgħa bejn Uffiċċjali tal-GRTU u l-Ministru Joe Mizzi. Il-laqgħa ser issir għada.

Il-GRTU irrimarkat li l-Pompi tal-Petrol jixtiequ ikunu ta’ l-inqas inkonvenjent għall-konsumatur u fl-istess ħin juru rieda tajba biex jaslu fid-diskussjonijiet li ser isiru għada.

L-istqarrija ttem tgħid li l-azzjonjiet qed jiġu sospiżi għalissa u mhux eskluż li jekk id-diskussjonijiet ma jwasslux fi ftehim, il-pompi tal-petrol jerġgħu ikomplu bl-azzjonijiet tagħhom.