Lokali

Bżonn ta’ pjan serju għall-bini

Hemm bżonn illi l-Gvern f’pajjiżna jkollu pjan serju dwar il-bini li qed isir, inkluż fil-qalba tal-irħula tagħna. U l-Knisja ilha zmien tappella lill-awtoritajiet biex jifthu ghajnejhom, u jaqraw is-sinjali taz-zminijiet.

Hekk intqal fi stqarrija iebsa mahruga mill-Kummissjoni Interdjocesana Ambjent, fejn intefa’ dawl fuq il-fatt illi issa għandek lista sħiħa ta’ lokalitajiet li qed jitkellmu b’vuci wahda favur zvilupp sostenibbli – inkluz f’postijiet bhal Pembroke, is-Swieqi, San Giljan u anke f’Ghawdex. Jissemmew ukoll lokalitajiet ohra bhal Hal Luqa, iz-Zejtun u Tal-Pieta’.

Il-Knisja qalet illi l-iskyline Malti sar dominat minn numru ezagerat ta’ krejnijiet, bil-binjiet sbieh li ghandna fil-lokalitajiet u l-ispazji pubblici qed jittieklu bla razan.

L-istqarrija titkellem ukoll dwar kif il-bini u l-izvilupp bla razan qed iwassal ghal hafna dwejjaq fost il-Maltin, ghaliex l-ambjent qed jinqered…u bhalissa mhu jaqta’ xejn it-tgergir fuq bini eccessiv.

Dawn huma s-sinjali li min imexxi ghandu jisma u jaghti kas, ittemm tghid l-istqarrija.