Daħlet fis-7 jum tagħha is-saga ta’ 47 immigrant li għal darb’oħra inqabdu f’nofs kwistjoni taħraq, wara li l-Italja għalqet kompletament il-portijiet tagħha.
Matul il-lejl bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa, is-Sea Watch 3, li fuqu hemm dawn l-immigranti, baqa’ jbaħħar ftit kilometri biss ‘il barra minn Sirakuża. Dan minkejja li l-Gvern Taljan qed iżomm iebes fuq il-fatt li l-portijiet kollha jinsabu magħluqin għad-dgħajjes tal-ngo’s.
Filfatt il-Ministru Taljan Matteo Salvini reġa’ tenna li dawn l-immigranti żgur li mhumiex se jidħu l-Italja. Hu lest li jagħtihom il-provvisti u l-mediċini li għandom bżonn iżda żgur mhux se jidħlu f’port fl-Italja.
Rapporti qalu li s-sindki ta’ numru ta’ bliet Sqallin, inkluż Palermo, kienu lesti li jospitaw lil dawn l-immigranti. Din id-deċiżjoni tpoġġihom f’konfront dirett ma’ dak li qal id-Deputat Prim Ministru.
//= $special ?>