“Il-preżenza tal-kumpanija DQR f’Malta se tagħti r-reputazzjoni lill-Malta bħala l-Blockchain Island”
Hekk kien qal is-Segreatarju Parlamentari għall-Ekonomija Diġitali Silvio Schembri f’April li għadda meta din il-kumpanija…. li fost l-oħrajn tispeċċjalizza fin-negozju tal-Blockchain, fetħet l-uffiċċji tagħha f’pajjiżna, bil-ħsieb li jiġu impjegati mal-200 ruħ.
9 xhur wara… il-kumpanija keċċiet il-biċċa l-kbira tal-65 impjegat tagħha u waqqfet l-operat tagħha…
Madwar 39 mill-impjegati huma Maltin.
Matul il-jum, Net News prova jaghmel kuntatt ma’ DQR fil-post fejn huma bbazati fil-Belt Valletta. Izda kien kollu ghalxejn – huwa car li l-ufficini diga’ zvujtjaw ruhom.
Tentattivi biex nilhqu l-ufficji ta’ DQR fir-Renju Unit, ukoll irrizultaw fin-negattiv.
Skont kummenti li ta lis-sit Lovin Malta, il-Kap Eżekuttiv ta’ DQR ikkonferma li l-kumpanija issensjat il-haddiema wara biss ftit xhur f’Malta. Dan kellu jsir sakemm jitħallsu d-djun li ghandħa l-kumpanija u sakemm jinstab investitur biex jieħu post dak Ġermaniż li sab ruħu f’diffikultajiet finanzjari wara l-waqa’ drastika fil-valur fis-suq tal-Bitcoin.
Fl-2017, il-Bitcoin kellha valur ta’ $20,000 meta llum il-valur hu stmat ftit aktar minn $3,500.
DQR kellha tkun strumentali sabiex tattira iktar investituri fil-Bitcoin lejn pajjiżna, izda l-ftahir kollu tal-Gvern 9 xhur ilu kollu sfuma fix-xejn.
//= $special ?>