Futbol Sport

L-Awstralja eliminata b’sorpriża mit-Tazza Asjatika

(Ritratt: EPA)

Iċ-champions renjanti tal-Asja l-Awstralja, sfat eliminata fil-kwarti tal-finali meta tilef 1-0 kontra l-Emirati Għarab Magħquda. Il-gowl deċiżiv ġie skorjat fit-68 minuta meta Ali Mabkhout ħa vantaġġ minn żball tad-difensur Milos Degenek, qabeż lill-gowlkiper Matt Ryan u sab ix-xibka għad-disa’ darba f’żewġ edizzjonijiet ta’ din il-kompetizzjoni.

L-organizzaturi, li tilfu kontra l-Awstralja fis-semifinali erba’ snin ilu, għaddew għal semifinali politikament sensittiva kontra l-Qatar, wara li tal-aħħar ħasdu lill-Korea ta’ Isfel b’rebħa ta’ 1-0.

L-Arabja Sawdija, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Bahrain u l-Eġittu bdew bojkott diplomatiku u kummerċjali mal-Qatar f’Ġunju tal-2017. Dawn il-pajjiżi qed jakkużaw lil Qatar li qed jagħtu l-appoġġ lit-terroriżmu, xi ħaġa li l-Qatar ċaħdet.

Riżultati tal-kwarti tal-finali

Il-Ħamis: Vjetnam v Ġappun 0-1, Ċina v Iran 0-3

Illum: Korea ta’ Isfel v Qatar 0-1, Emirati Għarab Magħquda v Awstralja 1-0