Sport Sport Ieħor

L-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif ieħor b’kompetizzjoni biex tibdel l-emblema tal-assoċjazzjoni

(Ritratt: Matthew Tabone)

L-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif ieħor se tniedi kompetizzjoni biex tibdel l-emblema uffiċjali tal-assoċjazzjoni. Din il-kompetizzjoni hi miftuħa għall-kulħadd u tagħlaq il-Ħadd 24 ta’ Frar. Dawk interessati jistgħu jibagħtu email bl-emblema tagħhom fuq regattalogocompetition@gmail.com.

L-applikazzjonijiet jiġu skrutinizzati minn bord magħmul minn persuni li mhumiex parti mill-assoċjazzjoni. L-aħjar tlieta ta’ dan il-bord jitressqu quddiem il-kunsill tal-assoċjazzjoni li mbagħad jagħżel l-emblema l-ġdida.

Biex issaħħaħ it-trasparenza, l-assoċjazzjoni se tirċievi t-tliet għażliet b’nom de plum biex il-membri ma jkunux jafu l-isem min bagħat l-emblema. Ir-rebbieħ se jingħata plakka kommemorattiva bl-emblema l-ġdida fuqha.

Tags