Lokali

Tonqos il-kwalità ta’ ħajja f’Malta

Skont l-aktar studju reċenti li sar dwar il-kwalità tal-ħajja f’pajjiżna minn Expat Outsider, Malta qegħda kull ma jmur tiżżerżaq l-isfel fl-Indici internazzjonali…u li Malta m’għadhiex serena bħal qabel.

Dan in-nuqqas ta’ serenità fil-pajjiż kien fost l-aktar fatturi li ħasseb lil dawk li rrispondew għall-mistoqsijiet, fejn il-parteċipanti semmew kif is-sitwazzjoni politika f’Malta qed teffettwahom dejjem aktar b’mod negattiv.

Sa ftit ilu, Malta kienet fit-tieni post f’dan l-indiċi – u pajjiżna kien meqjus li joffri kwalità ta’ ħajja eċċezzjonali.

Inkwetanti l-fatt illi dan l-istharrig ta’ reputazzjoni globali…. jgħid li l-korruzzjoni tinsab mifruxa f’kull livell tas-soċjetà taghna.  Kompla li l-korruzjoni qiegħda f’kull aspett tal-governanza tal-pajjiż, u hija diżgustanti.

Anke fl-iktar settur li Malta klassifikat tajjeb meta mqabbla mal-pajjżi l-oħra, jiġifieri fil-qasam tad-divertiment, pajjiżna niżel mit-8  għat-13-il post.

Skont dan l-indiċi, filwaqt li Malta kienet tinsab fil-21 post is-sena ta’ qabel f’dik li hi saħħa u sigurtà, issa tinsab fil-35 u t-38 post rispettivament.

Pajjiża niżel mis-7 post għad-29 post f’dik li hi kuntentizza.. meta suppost, skont il-PM, qed nghix l-Aqwa Zmien.

Intant, f’dan is-survey instab li Spanja, il-Portugall u t-Taiwan għandhom l-aqwa kwalità ta’ ħajja.

Is-survey isir fost persuni barranin, u sar bejn Frar u Marzu tas-sena li għaddiet fi 68 pajjiż madwar id-dinja.  Fih ipparteċipaw 18,000 persuna.