Sport Sport Ieħor

Vic Hermans jagħti fiduċja lill-plejers li marru l-kamp ta’ taħriġ ġimgħa ilu

(Ritratt: Joe Borg/MFA)

Il-kowċ nazzjonali Malti Vic Hermans sejjaħ skwadra ta’ 14-il plejer għat-Tournament Preliminari tat-Tazza tad-Dinja tal-2020 li se jintlagħab bejn it-30 ta’ Jannar u t-2 ta’ Frar. L-avversarji ta’ Malta fi Grupp E huma l-organizzaturi l-Iżvezja, il-Belġju u l-Armenja.

Hermans żamm il-grupp ta’ plejers li marru l-Irlanda ta’ Fuq għall-kamp ta’ taħriġ il-ġimgħa l-oħra, bil-plejer ta’ Pietà Hotspurs Futsal Karl Sciortino jiżdied mal-lista. Bħala parti minn dan il-kamp ta’ taħriġ, it-tim Malti lagħab żewġ logħbiet kontra l-Irlanda ta’ Fuq b’telfa ta’ 3-1 fl-ewwel logħba iżda l-plejers Maltin rebħu t-tieni logħba 4-2.

F’kummenti li għadda lil www.mfa.com.mt, Hermans qal li hu kuntent bl-atmosfera fl-iskwadra u jaħseb li kisbu l-kunfidenza wara r-rebħa fuq l-Irlanda ta’ Fuq il-ġimgħa l-oħra.

“It-tournament tal-ġimgħa d-dieħla se jkun diffiċli ħafna. Għandna żewġ timijiet kbar, l-Iżvezja tjiebu ħafna fl-aħħar snin, il-Belġju dejjem ikollhom ranking għoli fir-rankings tad-dinja u hemm l-Armenja wkoll.” Hermans żied li jittama li t-tim Malti jikseb l-ewwel punti f’dawn il-logħbiet.

Skwadra magħżula

Stefan Vella (Valletta), Clint Mifsud (Luxol), Neil Cauchi (Università ta’ Malta), Lee Grech (Università ta’ Malta), Shataizan Zarb (Luxol), Andrè Ciancio (Swieqi United), Andy Mangion (Luxol), Mark Zammit (Luxol), Rennie Tanti (Birkirkara), Matthew Attard (Luxol), Jovica Milijic (Valletta), Karl Sciortino (Pietà Hotspurs), Giancarlo Sammut (Luxol), George Frendo (Luxol)

Il-logħob tat-tim Malti

30 ta’ Jannar – Belġju v Malta 3.30pm , Żvezja v Armenja 7.00pm

31 ta’ Jannar – Armenja v Belġju 3.30pm , Żvezja v Malta 7.00pm

2 ta’ Frar – Malta v Armenja 1.30pm , Belġju v Żvezja 5.00pm

Tags