Futbol Sport

Ehizibue jirrifjuta lil Genoa ‘għax qallu Alla’

It-trasferiment ta’ Kinglsey Ehizibue mal-Genoa mingħand il-PEC Zwolle kienet ħaġa lesta hekk kif it-talent ta’ 23 sena kien diġà wasal l-Italja u wettaq it-testijiet mediċi mal-Grifone – kull ma kien jonqos il-firma.

Madanakollu din qatt ma waslet hekk kif il-plejer ma’ preżentax ruħu fis-sede.

Ir-raġuni għalfejn ma waslitx l-uffiċjalità hija waħda li għandha mill-inkredibbli. Dan hekk kif l-Olandiż reġà mar lura lejn pajjiżu l-għaliex dawwar fehmtu. Sorsi qrib il-plejer żvelaw ma’ ġurnali Olandiżi li Ehizibue saħaq li ilħna ġejjin mis-smewwiet ħeġġewh biex ma jiċħadx lil PEC Zwolle. Jidher li huwa konvint li Alla qallu biex jibqa’ fejn hu.