Sport

Jitħabbru s-semifinalisti ta’ Sport Malta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports jifraħ lill-atleti kollha u lill-uffiċjali li rnexxielhom jaslu sal-fażi tas-semifinali tal-iSportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali li se jkunu qed jippremjaw lill-individwi fuq il-kisbiet tagħhom matul is-sena 2018.

L-għaxar semifinalisti tas-seba’ kategorji tradizzjonali tal-Isportivi Nazzjonali ġew magħżula waqt l-aħħar laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv hekk kif kien għalaq iż-żmien stipulat li l-Assoċjazzjonijiet u l-Federazzjonijiet setgħu jitfgħu n-nominazzjonijiet tagħhom.

Minn dawn l-għaxar semifinalisti, issa l-membri tal-Għaqda Ġurnalisti Sports se jkunu qed jivvutaw għall-aħjar ħames preferenzi tagħhom biex jaslu għall-ħames finalisti li se jagħmluha għas-serata finali tas-Sibt 23 ta’ Frar 2019.

Il-Kumitat Eżekuttiv jagħmilha ċara li l-ebda uffiċjal, atleta jew ġenitur m’għandu javviċina l-ġurnalisti sabiex jinfluwenza fl-għażla tal-vot. F’każ li l-eżekuttiv jaslulu rapporti simili ssir l-investigazzjoni neċessarja u jekk l-individwu jinstab ħati, hu jew l-atleta li jirrapreżenta jkun skwalifikat. Il-finalisti se jkunu mħabbra s-Sibt 16 ta’ Frar.

Is-semifinalisti kollha

SPORTIV TAS-SENA: Charles Aquilina (Table Football) , Isaac Bezzina (Judo) , Justin Caruana Scicluna (Ten Pin Bowling) , Clayton Castaldi (Chinese 8 Ball) , Juan Farrugia (Indoor Rowing) , Stefan Farrugia (Raffa) , Brian Galea (Sparar Trap) , Rodney Gatt (Tiġrijiet taż-Żwiemel) , Christ Mills (Pool) , Richard Schultheis (Ibburdjar)

SPORTIVA TAS-SENA: Eleanor Bezzina (Air Pistol) , Claire Ciantar (Boxing) , Joelle Farrugia (Karate) , Sacha Genovese (Table Tennis) , Hannah Pace (Triathlon) , Diane Schembri (Kickboxing) , Colette Sultana (Squash) , Charlotte Wingfield (Atletika) , Sara Xuereb (Ten Pin Bowling) , Yazmin Zammit Stevens (Weightlifting)

UFFIĊJAL TAS-SENA: Stephen Aquilina (Malta Shooting Sport Federation) , Frans Bugeja (Malta Billiards and Snooker Association) , Anna Calleja (Special Olympics) Joe Caruana Curran (Aquatic Sports Association) , Vincent Degiorgio (Malta Pool Association) , William England (Malta Motorsport Federation) , Stephen Paris (Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif Ieħor) , Chris Spiteri (Badminton Malta) , Bernard Vassallo (Malta Basketball Association) , John Zammit (Malta Cycling Federation)

KOWĊ TAS-SENA: Frans Bugeja (Sparar) , Jesmond Caruana (Weightlifting) , Jean Paul Fleri Soler (Ibburdjar) , Jesmond Giordimaina (Lotta) , Karl Izzo (Waterpolo) , Noel Mercieca (Kickboxing) , Winston Muscat (Futbol) , Damian Neill (Rugby) , Andrea Paccarie (Basketball) , Richard Vogelesang (Ten Pin Bowling)

ŻAGĦŻUGĦ TAS-SENA: Jurgen Balzan (Table Football) , Jacob Elaida (Atletika) , Matthew Galea Pirotta (Ċikliżmu) , Cayvon Gatt (Qdif Regatta) , Nicky Gauci (Karting) , Matthew Magro (Ten Pin Bowling ) , Jake Musat (Waterpolo) , Rudi Spiteri (Għawm) , Kijan Sultana (Squash) , Saul Vassallo (Ibburdjar)

ŻAGĦŻUGĦA TAS-SENA: Thyis Antonelli (Karate) , Ella Borg (Ġinnastika) , Shernise Collins (Qdif Regatta) , Francesca Curmi (Tennis) , Anthea Cutajar (Table Tennis) , Michaela Ellul (Badminton) , Francesca Falzon Young (Għawm) , Shelby Mangion Vassallo (Weightlifting) , Carla Scicluna (Atletika) , Sara Xuereb (Ten Pin Bowling)

TIM TAS-SENA: Tim Nazzjonali U23 Pool , Tim Nazzjonali Mixed Weightlifting , Tim Nazzjonali U19 tal-irġiel Futbol , Tim Nazzjonali Mixed Ten Pin Bowling , Tim Nazzjonali tal-irġiel Basketball , Eightball Doubles Clint Azzopardi u Lydan Debono , Tim Nazzjonali tal-irġiel Rugby , Bormla Regatta Club , Tim Nazzjonali tal-irġiel Waterpolo , Tim Nazzjonali Lawn Bowls