Fi 3 snin il-Gvern se jkun ġab lejn pajjizna 38,000 ħaddiem barrani. Din is-sena biss, se jinġiebu Malta mat-13,000 persuna minn barra.
Ikkonferma dan id-Direttur Generali tal-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem, Joe Farrugia, f’kummenti waqt il-programm Net Live.
Joe Farrugia kien mistieden fuq Net TV flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-UHM Voice of the Workers, Josef Vella.
Joe Farrugia tkellem fit-tul dwar l-effetti tal-ħaddiema barranin fuq il-kompozizzjoni tas-suq tax-xogħol, u diversi effetti oħra li dan il-pjan tal-Gvern qed iġib miegħu.
Issemma wkoll kif il-pensjonijiet m’humiex qed ikunu adekwati biżejjed …u l-pagi tal-ħaddiema Maltin ma żdiedux.
Apparti dan, issemma kif illum il-ġurnata hawn familji li l-anqas jistgħu jlaħħqu mal-prezzijiet tal-kera.
Josef Vella kompla jgħid li irridu naraw sew x’qed ikun il-frott veru li qed thalli l-ekonomija Maltija …u kif il-Maltin qed jigu affetwati meta jiġu dawn l-eluf ta’ barranin jaħdmu f’pajjiżna. Joe Farrugia minn naħa tiegħu spjega kif l-anzjani u l-pensjonanti mhux ilaħqu mal-għoli tal-ħajja.
Huma temmew l-intervista’ tagħhom billi qalu li l-ekonomija ta’ tletin sena ilu kienet tħalli hafna iktar riżultati għall-familji minn dik tal-lum.
//= $special ?>

