Tul l-aħħar jiem, it-temp fuq il-gżejjer Maltin u Għawdxin kien ikkaratterizzat minn ħalbiet tax-xita, ragħad, sajjetti u riħ.
Dan it-temp jista’ jkun ta’ inkonvenjent għalina, li nkunu rridu dejjem nibqgħu għaddejjin bil-ħajja ta’ kuljum, għan-natura iżda dan it-temp huwa l-ossiġnu li l-pulmun għandu bżonn. Dawk kollha li wara l-maltemp tal-aħħar jiem żaru Wied il-Qlejgħa, setgħu jaraw xenI verament mill-isbaħ hekk kif dan il-post imtela bl-ilma tax-xita u nbidel f’numru ta’ xmajjar li taw il-ħajja lil dan il-Wied.
Għada l-Ħadd, it-temp mistenni jkun sabiħ, madankollu għall-bidu tal-ġimgħa d-dieħla it-temp mistenni jerġa’ jkun bix-xita, u jibqa’ hekk sal-Ġimgħa li ġej.
//= $special ?>