PIETÀ H…………………… 2 ŻEJTUN C………………… 0
Pietà: N. Vella, T. Ose (T. Bartolo 19’), C. Degabriele, N. Pace Cocks (J. Scicluna 90+2’), D. Agius, P. Chimezie, J. Busuttil (N. Pisani 87’), C. Grech, S. Radovanovic, U. Calistus, I. Jalo
Żejtun: D. Zarb, C. Giordimaina, I. Azzopardi, J. Antonio Meira, D. Andelkovic, A. Carabott (R. Spiteri 71’), G. Sultana (E. Vella 34’), D. Albanese, B. Farrugia (A. Smeir 85’), N. Tabone, A. Farrugia
Imwissija: C. Degabriele 7’, I. Jalo 48’ (P), C. Giordimaina 10’, A. Carabott 33’ (Ż)
Skorjaw: C. Degabriele 55’, P. Chimezie 73 (P)
Referee: Malcolm Spiteri
Assistenti Referees: Thomas Debono, Alan Camilleri
Rapport: Luke Micallef
Pietà Hotspurs avvanzaw għar-rawnd li jmiss wara rebħa ta’ 2-0 kontra Żejtun Corinthians. Fit-tielet rawnd, it-tim tal-Premier Pietà Hotspurs kienu qalgħu lit-tim tat-Tielet Diviżjoni Mdina Knights, bl-iskor ta’ 4-1. Min-naħa tagħhom, Żejtun Corinthians kienu għelbu l-isfida ta’ Pembroke Athleta bl-iskor ta’ 2-0, permezz ta’ doppjetta minn Edson Cardona.
L-ewwel taqsima ta’ din il-partita kienet pjuttost kwieta u li la Pietà u lanqas Żejtun ma kienu wisq perikolużi. L-ewwel tliet azzjonijiet waslu fuq in-naħa ta’ Pietà. Fis-sitt minuta, Jan Busuttil daħal fil-kaxxa ta’ Żejtun, iżda ra x-xutt tiegħu fil-baxx jiġi milqugħ minn Dunstan Zarb. Fil-ħdax-il minuta, minn free-kick, Christian Grech ikkonkluda ‘l barra mil-lasti ta’ Zarb. Man-nofs siegħa logħob xutt ta’ Neil Pace Cocks spiċċa għoli.
Ċans tajjeb għal Żejtun fl-40 minuta. Il-gowlkiper ta’ Pietà Nicholas Vella laqa’ l-ballun b’idejh wara li ngħata pass minn plejer tat-tim tiegħu stess. Ir-referee Malcolm Spiteri ordna free-kick mal-linja tal-kaxxa ż-żgħira ta’ Pietà. Josè Antonio MEIRA li kien qed jagħmel id-debutt tiegħu ma’ Żejtun f’din il-partita, mess il-ballun u l-captain ta’ Żejtun, Adrian Carabott ra x-xutt tiegħu jolqot il-lasta l-minduda ta’ Vella. Il-Brażiljan Meira xxuttja fil-ġenb tax-xibka ftit qabel it-tisfira ta’ tmiem l-ewwel taqsima.
It-tieni taqsima tkompliet biż-Żwieten ikunu ftit aktar avventurużi. Fit-48 minuta, Dragoljub Andelkovic ġie waħdu quddiem Vella, b’dan tal-aħħar salva faċilment. Pietà marru minn fuq fil-55 minuta. L-iżgħar plejer fil-pitch Jan Busuttil ta korner lejn STEFAN RADOVANOVIC li tefa’ fix-xibka bit-takkuna.
Żewġ minuti wara Żejtun kienu ferm viċin li jġibu l-gowl tad-draw meta Meira ta xutt preċiż fil-kantuniera t’isfel tal-lasta, iżda sab lill-gowlkiper ta’ Pietà attent u dawwar f’korner. Fis-66 minuta Paul Chimezie għola fuq id-difensuri Żwieten iżda ra d-daqqa ta’ ras tiegħu tmur barra.
It-tieni gowl għal Pietà wasal fit-73 minuta. Kien Busuttil li qassam lil Dylan Agius mal-linja li ta kross tajjeb lil PAUL CHIMEZIE li faċilment għeleb lil Dunstan Zarb.
(Ritratti: Joseph Galea)
//= $special ?>