Talanqas 300 persuna fix-xlokk tal-Brażil huma rappurtati nieqsa wara li ċediet diga li kienet tifforma parti minn minjiera tal-ħadid, fost il-valangi tat-tajn u t-terrapien li għattew kafeterija mimlija bil-ħaddiema.
L-iskwadri għall-emerġenza, fl-aħħar sigħat, kienu qed jużaw il-makkinarju tqil fost it-tentattivi biex jinstabu n-nies mirdumin fis-sit, qrib il-belt ta’ Brumadinho, fl-Istat ta’ Minas Gerais. S’issa hemm talanqas għaxar mejtin ikkonfermati, bl-awtoritajiet jgħidu li hemm ‘ftit li xejn ċans’ li jittellgħu n-nies ħajjin minn taħt it-tajn.
Mhux ċar x’wassal għall-kroll tad-diga li kienet il-proprjetà tal-kumpannija Vale; l-akbar intrapriża fil-Brażil involuta f’xogħol tal-minjieri.
Intant, il-valangi tat-tajn u t-terrapien mid-diga li nfaqgħet imlew diga oħra f’art aktar baxxa minbarra li koprew sezzjonijiet tal-kumpless inkwistjoni, flimkien mal-irziezet fil-viċin u z-zona residenzjali għall-ħaddiema, fost il-qerda tad-djar u l-karozzi.
Għexieren ta’ nies kellhom ikunu evakwati bil-ħelikopter mill-inħawi wara li nqerdu t-toroq, bl-evakwazzjoni tar-residenti qed tkompli bħala miżura ta’ prekawzjoni.
//= $special ?>