Katarina, Fatima, Jasmine, Sid, Tommaso, Ahmed. Sitta mill-20 żagħżugħ u żagħżugha li qattgħu ġimgħa intensiva f’Malta jirfinaw il-ħiliet fit-tmexxija. Il-profil ta’ dawn iż-żgħażagħ diġa’ jiskantak – ħafna minnhom waqqfu huma stess għaqdiet volontarji f’pajjiżhom – għaqdiet li jaħdmu favur l-ambjent, fil-qasam tal-edukazzjoni, debating clubs.
F’dawn l-4 ijiem organizzati mill-Akkademija Mediterranja għall-Istudji Diplomatiċi, l-MEDAC, flimkien mal-Fondazzjoni Anna Lindh għad-djalogu inter-kulturali fil-Mediterran, il-parteċipanti tgħallmu jaħdmu aħjar ma’ nies differenti minnhom. Tħarrġu kif jiktbu stejjer, fl-oqsma li huma jaħdmu fihom, li jinteressaw il-media u fuq kollox kif minn idejat vagi jaslu għall-proposti politiċi konkreti.
Għas-Seminar, inġieb apposta mill-Club de Madrid, ukoll imsieħeb fil-proġett, George Papandreou, l-ex prim ministru Grieg. Il-lista ta’ dawk li taw it-taħriġ jew ħadu sehem fil-panels li semgħu u taw ir-reazzjoni tagħhom għall-proposti taż-żgħażagħ kienet waħda prestiġjuża. – politiċi, akkademiċi, ġurnalisti internazzjonali u persuni mpenjati f’għaqdiet volontarji.
II-Ministru tal-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela qatta’ aktar minn siegħa jismagħhom lil dawn il-parteċipanti. Marru l-Palazz, marru għand l-Ispeaker filwaqt li dawk minnhom li ġew mill-pajjiżi tal-Punent tal-Mediterran, dawk li jisseħħu il-5 + 5 kellhom l-opportunità unika li jitkellmu mar- Rappreżentanta Għolja tal-Unjoni Ewropea għall-Politika Barranija u s-Sigurtà Federica Mogherini u mal-Ministri tagħhom preżenti għal din il-laqgħa li saret f’Malta fl-istess ħin.
//= $special ?>