Lokali

Għexieren ta’ eluf ta’ ewro għal parties u ikliet fi tmien xhur

Il-Fondazzjoni Valletta 2018 nefqet aktar minn €40,000 f’parties, alkoħol u affarijiet simili fl-ewwel tmien xhur biss mill-perjodu ta’ sena li pajjiżna ċċelebra lill-Belt Valletta bħala l-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura.

Din l-informazzjoni żelqet lill-Ministru tal-Kultura Owen Bonnici wara Mistoqsija Parlamentari mid-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi. Iċ-ċifra ta’ €40,231 li ta l-Ministru jkopru l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà politika tal-Ministru Bonnici.

Iċ-ċifri ppreżentati fil-Parlament juru li fl-ewwel tmien xhur tas-sena li għaddiet, l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali nefqet €18,689 fl-istess tip ta’ attivitajiet.

Dan minbarra li ġie rrappurtatt ukoll li diversi entitajiet oħra tal-Gvern qed jonfqu ħafna flus fuq festini u alkoħol, fosthom l-MFSA, li is-sena li għaddiet nefqet €55,355.