Il-Gvernatur u t-Tmexxija tal-Bank Ċentrali ta’ Malta huma skomdi bir-rapporti żvelati minn din il-gazzetta fil-Ħdud li għaddew fejn mhux żvelajna x’ġara fil-festin annwali tal-Milied, iżda wkoll kif qed tissokta diskriminazzjoni sfaċċata fil-konfront ta’ impjetati li mhumiex Laburisti tal-qalba.
Sadattant fil-jiem li għaddew terzi nqdew bil-ġurnal l-Orizzont biex jagħtti lill-Gvern u lit-Tmexxija tal-Bank dwar is-sitwazzjoni attwali fil-Bank Ċentrali ta’ Malta.
Rapport li kien pubblikat fil-ġurnal tal-General Workers Union nhar il-11 ta’ Jannar kien jikkonferma dak li ġie pubblikat fil-gazzetta il-mument f’dawn l-aħħar ġimgħat fis-sens li uffiċjal għoli tal-Bank intrefa’ fuq l-ispallejn u beda jitkanta l-innu “Viva l-Labour – Viva l-Labour” waqt attività soċjali tal-Bank Ċentrali.
Din il-ħaġa tant kienet tal-mistħija li r-rapport f’l-Orizzont ippruva jagħti l-impressjoni li dan il-kant ma seħħx fil-preżenza ta’ persuni fl-ogħla karigi ta’ tmexxija tal-Bank. Dan bil-għan li t-Tmexxija tal-Bank Centrali ma tittpoġġiex f’dell ikrah u b’hekk ma jkollhiex għalfejn terfa’ r-responsabbiltà għal dak kollu li sar.
Peress li ma kenitx l-ewwel darba li tkanta l-innu “Viva l-Labour – Viva l-Labour” waqt attività soċjali tal-Bank, minflok mat-Tmexxija tal-istess Bank ħadet passi kontra l-uffiċjal għoli u dawk ta’ madwaru li waqqgħu attività soċjali għar-redikolaġni, Laburisti fil-Bank Ċentrali reġgħu inqdew, b’l-Orizzont f’attentat fjakk biex jippruvaw jiskreditaw ir-rapporti pubblikati u li konferma tagħhom jeżistu wkoll ritratti.
Il-Bank Ċentrali ilu jaġevola impjegati Laburisti. Riċentement biex jaġevola impjegata li hi magħrufa sew li hi fil-klikka tal-impjegati Laburisti tal-qalba tal-Bank Ċentrali, mhux biss ingħatat promozzjoni minn dan il-Gvern, imma anke ġiet aġevolata f’safar li sa ftit żmien ilu kien assenjat lil impjegat ieħor li hu involut b’mod dirett f’dan ix-xogħol.
Ħafna fil-Bank kienu skantaw kif din l-impjegata saħansitra ngħatat permess taħdem mid-dar għal raġuni li qatt ma ngħatat permess bħalu qabel fil-Bank, u dan sempliciment għax it-tifel taghha kien qed jagħmel l-eżamijiet tal-Matsec! Din l-impjegata hi fost il-preferuti anke fil-parkeġġ tal-karozza privata tagħha li ta’ sikwit tipparkja fl-area riżervata.
Biex it-Tmexxija tal-Bank Centrali jkollha kontroll assolut anke fejn jidħol il-ftehim kollettiv il-ġdid, impjegat li m’għandu l-ebda kwalifika jew esperjenza fir-Riżorsi Umani, ġie trasferit b’mod dirett, u bla ebda sejħa għall-impjieg, biex imexxi d-Dipartiment tar-Riżorsi Umani.
Bla dubju ta’ xejn dan l-impjegat beda jmexxi dan id-dipartment għad-detriment ta’ diversi impjegati oħra fil-Bank li għandhom kemm kwalifiċi u iktar u iktar snin twal ta’ esperjenza. Manuvri bħal dawn ma jistgħux ma jqajmux furur fost l-impjegati għax hu ċar daqs il-kristall li l-impjegati fil-Bank huma stupidi u ma jindunawx f’dawn it-tattiċi.
//= $special ?>