Lokali

Il-PN jinteressah mill-bżonnijiet tal-Maltin u l-Għawdxin

Il-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista u Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kunsilli Lokali Robert Cutajar beda l-intervent tiegħu billi rrikonoxxa l-fatt li l-lokalità tar-Rabat flimkien ma’ diversi lokalitajiet oħra għaddejjin minn diffikultajiet, bil-Gvern mhu qed jagħmel xejn biex jgħinhom.

Min-naħa l-oħra, il-Partit Nazzjonalista jinteressah mill-bżonnijiet tar-residenti, tant li ppreżenta 80 proposta għar-Riforma tal-Kunsilli Lokali, biex kull lokalità tgawdi mit-tibdil.

Bil-proposti tiegħu, il-Partit Nazzjonalista daħal fir-realtà tal-lokalitajiet, b’Robert Cutajar jirrikonoxxi li biex jieħdu dak li hu tagħhom, ir-residenti qed ikollhom jittalbu.

Hu temm li l-Gvern mhu jagħmel xejn biex jiffaċċja d-diversi problemi li l-Maltin u l-Għawdxin qed jiffaċċjaw ta’ kuljum.

Min-naħa tiegħu, il-Kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Frank Psaila innota kif il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kompla bil-ħidma tiegħu b’determinazzjoni, minkejja d-diversi sfidi li sab ma’ wiċċu fl-aħħar xhur.

Kompla li se jkun qed jaħdem favur il-ġustizzja għall-Maltin u l-Għawdxin kollha, fost l-oħrajn b’risq il-ħaddiema fis-setturi kollha.

Frank Psaila saħaq li pajjiżna għandu jitgawda mill-poplu kollu biex b’hekk, id-demokrazija tkun rispettata f’dar il-Maltin u l-Għawdxin.

Il-Kandidat Nazzjonalista temm billi wiegħed l-impenn tiegħu flimkien mal-Kap tal-Partit li jitkellem bil-vuċi taż-żgħir u tal-ħaddiema ħalli pajjiżna jkun verament ta’ kulħadd.

Fost dawk preżenti, fl-attività fir-Rabat kien hemm ukoll il-Viċi Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo u David Aguis, is-Segretarju Ġenerali Clyde Puli, diversi Deputati, Kunsilliera u Kandidati Lokali u għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.