Internazzjonali

Il-Prinċep Philip jitlob skuża

Il-Prinċep Philip, ir-raġel tar-Reġina Eliżabetta II, għamel apoloġija pubblika lil mara li ndarbet wara li hu ħabat fil-karozza tagħha. Il-każ seħħ fis-17 ta’ Jannar.

F’ittra ppubblikata f’The Sunday Mirror, il-Prinċep, li għandu 97 sena, qal li x-xemx dak il-ħin għamietu hekk kif saq lejn triq ewlenija qrib ir-residenza irjali ta’ Sandringham, fil-Lvant tar-Renju Unit.

L-ittra kienet indirizzata lil Emma Fairweather, li sofriet xi ksur f’ġisimha, filwaqt li l-Prinċep ma ġralu xejn minkejja li l-karozza tiegħu nqalbet. Huwa lanqas ma kien akkużat b’xejn u tħalla jkompli jsuq.