Sport

Intervista esklussiva ma’ Pavlos Kontides fi Sport Extra

Illum mis-6.05pm ‘l quddiem jixxandar is-16-il programm minn din is-sensiela ta’ Sport Extra, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.

Fl-ewwel parti tal-programm il-mistieden hu Nigel McCarthy, kowċ gradwat mir-Renju Unit fil-preparazzjoni fiżika ta’ atleti, fejn miegħu se jkun diskuss il-mod kif atleta għandu jiżviluppa bi preparazzjoni teknika u fiżika ideali.

Fit-tieni parti, intervista esklussiva ma’ Pavlos Kontides li fl-Olimpjadi ta’ Londra fl-2012, kiseb il-midalja tal-fidda fl-ibburdjar. Din il-midalja kienet l-ewwel u sa issa l-unika midalja Olimpika mirbuħa minn Ċipru. Hu wkoll rebbieħ ta’ żewġ midalji tad-deheb fil-Kampjonat tad-Dinja fi Split u f’Aarhus.

Il-muntaġġ tas-servizzi fil-programm sar minn Samira Cachia Spiteri filwaqt li l-filmati ttieħdu minn Michael Farrugia.