Lokali Saħħa

Jibdew azzjonijiet mill-carers u n-nursing aides

Direttivi ordnati mill-General Workers' Union

Diversi ħaddiema fis-settur tas-saħħa ingħataw direttiva biex ma jaċċettawx li jwettqu xogħol ta’ kura ma pazjenti jekk huma ma jkunux akkumpanjati minn impjegati oħra. Dan jinkludi kemm l-isptarijiet kif ukoll fi djar u residenzi tal-anzjani.

Il-GWU qed tordna lill-imsieħba tagħha biex l-ebda impjegat fil-grad ta’ Nursing Aide, Health Assistant, Care Worker (impjegati tal-gvern jew kuntrattur) Assistant Care Worker jew impjegati oħra fi gradi relatati mal-kura u tħaris tal-pazjent m’għandhom jaċċettaw li jagħmlu xi forma ta’ xogħol ma’ pazjent jew resident jekk mhux fil-preżenza ta’ persuna oħra.

Il-GWU qed tgħid illi tinsab lesta tiddiskuti u tikkonsidra proposti biex dawn is-sitwazzjonijiet ma jibqgħux iseħħu.