Għall-ħabta tal-9.45 ta’ dalgħodu, fi Triq l-Imdina f’Ħaż-Żebbuġ, kien hemm bżonn l-assistenza tal-Protezzjoni Ċivili.
Dan wara li mara ta’ 25 sena minn Ħaż-Żebbuġ kellha tinħareġ mill-karozza tagħha wara li tilfet il-kontroll tal-vettura. Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-mara laqtet iċ-ċentral strip u konsegwenza tad-daqqa nqabdet fil-karozza.
Fuq il-post issejħu l-Pulizia kif ukoll ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għal iktar kura.
Fortunatmanet il-mara sofriet biss ġrieħi ħfief.
//= $special ?>

