Diversi ammiraturi ta’ Owen Leuellen li, fil-kompetizzjoni mużikali X-Factor temm l-esperjenza tiegħu fit-tieni post, qed jiffirmaw petizzjoni biex Owen jitla’ l-Eurovision flimkien ma’ Michela Pace, il-kantanta li rebħet il-kompetizzjoni lbieraħ filgħaxija.
Ilbieraħ, Owen ipparteċipa fil-Finali, fejn tilef il-vot tal-pubbliku, li għażel lil Michela bħala l-kantanta għal Malta fil-Eurovision.
Il-petizzjoni qed issir għax, skont diversi ammiraturi ta’ Leuellen, Owen ikun żieda tajba u għal darba jkun hemm stil ftit differenti u iżjed attwali, li jagħti lil Malta ċans akbar li tirbaħ dak li ilha tistenna biex tirbaħ – il-Eurovision li din is-sena se jkun qed isir f’Tel Aviv.
Wieħed jista’ jsegwi l-petizzjoni f’dan il-link.
//= $special ?>