Lokali

Tifel isofri minn xokk f’inċident tat-traffiku

Tifel ta’ 7 snin kellu bżonn jingħata l-kura hekk kif kien involut f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7pm hekk kif għal xi raġuni kien hemm impatt bejn żewġ vetturi f’San Ġwann.

Jidher li t-tifel sofra minn xokk u ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura filwaqt li ommu u ż-żewġ sewwieqa ma kellhomx bżonn il-kura.

L-inċident seħħ fiż-żona industrijali f’San Ġwann b’wieħed mis-sewwieqa huwa ta’ 32 sena minn Birkirkara filwaqt li s-sewwieq l-ieħor huwa raġel ta’ 50 sena minn Ħal Balzan.