Lokali

ARA X’QALULNA: Helena Dalli tgħid le; oħrajn skomdi

Id-Deputati Laburisti skomdi fit-tweġibiet tagħhom

Skomdi, uħud urtati u oħrajn ħarbu milli jwieġbu lil NetNews jekk jaqblux li l-President li jmiss għandu jkun ġej mill-kamp politiku oppost.

Kompletament kontra kienet Helena Dalli …illi qaltilna li ma taqbilx ma’ dak li qal il-Kap tal-PN il-Ħadd fir-Rabat, u insistiet li nġibu t-tweġiba tagħha.

Meta saqsejna lill-Prim Ministru – f’konferma kemm hu skomdu jitratta din it-tema – hu prova jdawwar il-kliem ta’ Adrian Delia.

Hawnhekk Muscat qarraq – dan kien il-kliem ezatt dan Adrian Delia fir-Rabat.

U barra l-Parlament…. membri u deputati tal-Gvern dehru konfużi… b’ħafna ma jwieġbux, iduru mal-lewża, jew jitkellmu fuq l-għaqda.

Intant, id-deputati mill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista tkellmu b’vuċi waħda.

Adrian Delia l-Ħadd qal li f’ġieħ l-għaqda nazzjonali, il-President il-ġdid tar-Repubblika m’għandux ikun mill-kamp Laburista…. iżda l-Prim Ministru għandu jsegwi l-passi tal-aħħar Gvern Nazzjonalista, li għażel President mill-kamp oppost biex ineħħi l-firda u jġib l-għaqda fil-pajjiż.