Ambjent Lokali

FILMAT: Muscat joħroġ għonqu u jaqbeż għall-iżvilupp massiċċ f’San Ġiljan

Minkejja l-krtitika ħarxa minn numru ta’ ghaqdiet ambjenatli, korpsi kostitwiti, Kunsilli Lokali, kif ukoll l-Oppożizzjoni Nazzjonalista, il-Prim Ministru Joseph Muscat baqa’ joħroġ għonqu għall-Grupp Corinthia u jiddefendi d-deal li sar biex art lussuza f’San Gilajn tinghata b’farka tal-prezz.

Dan qalu fid-diskors politiku tal-Ħadd f’Ħaż-Żebbuġ fejn tkellem dwar l-iżvilupp kontroversjali qrib il-bajja ta’ San Ġorġ – b’Muscat juri biċ-ċar li qed jiddefendi dan id-deal akkost ta’ kollox, u bi kliemu spiċċa tarka għas-sidien tal-lukanda.

Nhar it-23 ta’ Jannar fuq TVM, iċ-chairman tal-Grup Corinthia Alfred Pisani qal li l-art hija tagħhom, meta fir-realtà, l-art in kwestjoni hija art pubblika – tal-Maltin.

Intant il-Ħamis fil-Prim Awla tal-Qorti Civili ddaħħal protest ġudizzjarju minn resident tas-Swieqi, Ivan Mifsud, li jinnota kif il-proġett kif propost se jwassal għal impatt drastiku fiż-żona, imma fuq kollox ksur ta’ diversi Kodiċi Ċivili. Hu nnota kif il-Grupp Corinthia ngħata drittijiet bla limitu li jekk jixtieq jista’ jwettaq reklamazzjoni tal-art u jibni fuqha għal skop purament kummerċjali.

Jgħid li, skont il-liġi ta’ Malta, xatt il-baħar u l-qiegħ tal-baħar jitqiesu bħala Demanju Pubbliku u li żvilupp fuq art fid-demanju pubbliku jista’ jsir biss bil-kundizzjoni li l-iżvilupp jintuża b’mod konsistenti man-natura tal-inħawi.