Edukazzjoni Lokali

Ikomplu jippersistu l-problemi amministrattivi fl-MCAST

Aktar minn erbgħin grad ta’ lekċerers fl-MCAST irrapportaw kalkoli żbaljati fis-salarji u l-arretrati tagħhom wara li rċivew l-ewwel salarju għas-sena 2019.

Dan imur kontra l-istqarrija li kien ħareġ l-Mcast fejn qal li l-lekċerers huma kuntenti bil-pagi tagħhom.

Is-sitwazzjoni mhijiex solvuta u l-maniġment tal-MCAST huwa konxju li huma kellhom jaderixxu biss mal-klawżoli tal-ftehim kollettiv dwar l-azzjonijiet industrijali ordnati mill-MUT. L-MUT qed isegwi dawn l-40 każ sabiex il-persunal kollu jirċievi d-drittijiet tiegħhom.

Sadanittant l-MUT qed tissospendi d-direttivi fis-seħħ biex tippermetti aktar djalogu mal-MCAST dwar kwistjonijiet pendenti inklużi l-gradi Progressions, Sabbatical u Professorship.

L-MUT qed tistenna li l-MCAST jirrispetta l-perjodi ta’ żmien kif stabbiliti fl-istess ftehim u mhux se toqgħod lura milli tirrikorri għal aktar azzjonijiet industrijali jekk dan ma jkunx il-każ.

Tags