Il-Forum Unions Maltin jilqa’ d-direttiva proposta tal-Unjoni Ewropea dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja li issa tinsab fl-istadji finali tagħha.
Il-konfederazzjoni appoġġat id-direttiva mill-istadji inizjali tagħha fejn kellha diskussjonijiet kontinwi mal-MEP Nazzjonalista David Casa. Marco Bonnici f’isem il-Forum jemmen li peress li din id-direttiva tistabbilixxi l-minimu ta’ dak li huma intitolati li jitħallsu, issa huwa f’idejn il-Gvern li f’diskussjoni mal-imsieħba soċjali jfittex l-implimentazzjoni tal-aħjar miżuri li jappoġġjaw lill-familji.
//= $special ?>