F’ruling mogħti fil-parlament l-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li l-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC) għadu jagħti ħin lid-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi biex jaqra dikjarazzjoni li hu għamel dwar il-każ tal-art tal-Fekruna fix-Xemxija meta dan tresssaq bħala xhud.
L-Ispeaker irrifera għal-laqgħa tal-PAC 23 ta’ Jannar 2019 li fiha d-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi talab li jaqra dikjarazzjoni dwar il-każ tal-art tal-Fekruna fix-Xemxija iżda kien hemm oġġezzjonijiet qawwija mid-deputati Laburisti membri tal-kumitat li ma tawx il-permess tagħhom. Iċ-Chairman tal-PAC Beppe Fenech Aami kien qal li kienet proċedura li x-xhieda jaqraw dikjarazzjoni ġuramenatata dwar il-fatti tagħhom u għalekk Jason Azzopardi kellu jingħata l-opportunità għaliex din ġrat diversi drabi oħra fil-kumitat. Wara l-oġġezzjonijiet tad-deputati Laburisti, Beppe Fenech Adami kien talab lill-Ispeaker biex ma jagħti tuling dwar dan.
Id-deputati Laburisti kienu qalu li wara li Jason Azzopardi għażel li jippreżenta dikjarazzjoni bil-miktub kellu jkun il-PAC li jiddeċiedi jekk Jason Azzopardi jaqrax dak li jkun kiteb hu stess fid-dikjarazzjoni. Il-membri tal-Gvern qalu li l-proċedura tal-PAC hi li jkun il-kumitat li jiddeċiedi jekk xhud jaqrax jew li jkun hemm proċedura differenti li jiddeċiedi l-ISpeaker.
fir-ruling is-Sedja qalet li fl-2011 kienu approvati l-linji gwida dwar il-PAC u qalet li qatt ma kien hemm problema li x-xhieda jaqraw ix-xhieda tagħhom fejn anki l-ex Prim Ministru Lawrence Gonzi kien ingħata permess jaqra xhieda fil-PAC. Hu qal li la darba l-parlament ried idaħħal il-fakultà tad-dikjrazzjoni mktuba, is-Sedja irriferiet għall-pro1edua Kanadiża fejn ix-xhud jingħata permess li jagħmel dikjarazzjoni miktuba.
L-Ispeaker qal li l-Istanding Orders MAltin ma jitkellmu xejn dwar proċeduri ta’ xhieda u għalhekk iddeċieda li fin-nuqas taf ftehim tal-kumitat, il-proċedura għandha tkun dik li dejjem kienet addottata fil-parlamnent li l-kumitat għandu jagħti perjodu ta’ mhux iktar minm 10 minuti ta’ dak li jkun kiteb u jsiru d-domandi fuq dak li kiteb.
//= $special ?>