Lokali Parlament

Il-parlament ifakkar l-Olokawst…kundanna għall-Faxxiżmu, in-Nazziżmu u l-lemin estrem

Il-parlament fakkar il-vittmi tal-Olokawst fejn saru diskorsi mill-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela u mid-deputat Nazzjonalista Carm Mifud Bonnici.

L-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li anki l-Maltin batew meta fl-aħħar gwerra 43 Malti kienu internati fl-Uganda mill-Gvern Ingliż u 2,000 Malti li ntbagħatu fil-kampjiet ta’ konċentrament fl-Italja. Hu iwnketanti li hemm persentaġġ qawwi tas-soċjetà Inlgiża li tiċħad li l-Olokawst seħħ. L-Ispeaker tkellem kontra l-lemin estrem fil-Polonja li qed tgħid ukoll li dan ma seħħx.

L-Ispeaker Anġlu Farrugia (ritratt: Jason Borg, DOI)

Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qal li hu importanti li jitfakkru l-vittmi tal-Olokawst u li dan ma jerġax jirrepeti ruħu. Dan jista’jsir billi l-popli jfakkru dak li kien sar. Fil-fatt, minkejja kollox, ma rebaħx in-Nazziżmu u l-Faxxiżmu iżda rebħet il-persuna umana. Hu tkellem dwar it-testimonjanzi li ngħataw dwar l-Oloakwst qal li din hi xhieda ta importanza kbira.

Id-deputat Nazzjonalista kkundanna l-lemin estrem, il-Faxxiżmu u n-Nazziżmunu sostna li l-biża’ tas-soċjetà hu li terġa’ tikber il-problema tan-Nazziżmu u l-Faxxiżmu. F’Malta għandu jsir ferm iktar biex l-Oloakwst ikun imfakkar. Hu fakkar fid-diversi esperjenzi li għaddew minnhom il-persuni fil-kampnijiet tal-konċentrament. Iż-żgħażagħ tal-lkum għandhom ikunu jafu l-verità, sostna Carm Mifsud Bonnici.