Il-Grupp Parlamentari Nazzjonalista t-Tnejn filgħaxija ltaqa’ biex jiddiskutu materji li jolqtu verament lill-poplu Malti u Għawdxi.
Fl-għeluq ta’ din il-laqgħa tkellimna mal-Whip tal-Grupp Parlamentari tal-PN Robert Cutajar fejn qalilna aktar dwar dak, li ġie diskuss fost l-oħrajn il-każ tal-Vitals fejn il-Kap tal-PN Adrian Delia kien mar il-Qorti biex jirrappreżenta lin-nies bl-aħjar mod fil-każ li hu fetaħ kontra l-Vitals biex dan il-ftehim jiġi ddikjarat null u t-tliet sptarijiet jingħataw lura lill-poplu.
Robert Cutajar intant qalilna wkoll li l-Kap tal-Oppożizzjoni fetaħ kawża kontra l-Avukat Ġenerali fejn permezz tagħha qiegħed jitlob lill-Qorti biex tordna lill-Avukat Ġenerali jagħtih kopja tar-rapport tal-inkjesta Egrant abbażi tal-kariga kostituzzjonali tiegħu bħala Kap tal-Oppożizzjoni.
Intant il-Whip tal-Oppożizzjoni sostna li l-PN qiegħed ifittex li jkompli jfassal politika għan-nies, biex ikollna verament soċjetà li jimpurtaha.
//= $special ?>