“Għalqet waħda, għalqet waħda u hemm 258 oħra f’ġieħ kemm hemm”.
Kien dan id-diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat meta l-Ħadd filgħodu kien qed jirreferi għal-ħaddiema tal-kumpanija DQR li ġew imkeċċija l-ġimgħa l-oħra.
Minflok Joseph Muscat kien imħasseb dwar kif se jsib xogħol għal dawn in-nies li tkeċċew, kien iktar moħħu biex jiftaħar bin-numru ta’ kumpaniji li hawn pajjiżna – diskors li ħafna analisti politiċi ddeskrivewh bħala insensittiv.
F’April li għadda s-Segreatarju Parlamentari għall-Ekonomija Diġitali Silvio Schembri kien ftaħar li l-preżenza tal-kumpanija DQR f’Malta se tagħti r-reputazzjoni lill-Malta bħala l-Blockchain Island.
9 xhur wara… il-kumpanija keċċiet il-biċċa l-kbira tal-65 impjegat tagħha u waqqfet l-operat tagħha… fejn madwar 39 mill-impjegati kienu Maltin. Għalhekk, f’9 xhur falla kollox…u mhux kif kien wiegħed il-Gvern.
DQR suppost kellha tkun strumentali sabiex tattira iktar investituri fil-qasam tal-blockchain lejn pajjiżna, iżda l-ftaħir u l-pompi tal-Gvern 9 xhur ilu sfumaw kollha fix-xejn.
//= $special ?>