– Karl Gouder,PN
Id-deputat Nazzjoalista Karl Gouder qal fil-parlament li t-Tribunal Industrijali mhux jiffunzjona kif suppost fejn qed ikun hemm inkonsistenzi kbar. Id-deputat Nazzjonalista qal li l-pajjiż għandu sfida kbira fit-tribunal industrjali li għandha tkun trattata mill-partijiet kollha.
Karl Gouder semma’ l-mod kf il-gvern qed ikompli jġib ħaddiema minn barra u qal li l-pajjiż qed jieħu wisq rotta li l-ekonomija tikber bl-importazzjoni ta’ ħaddiema fil-pajjiż. Dan qed joħloq pressjonijiet kbar. Hu qal li ma jistax ikun li l-industriji li qed nikkunsidraw huma s-servizzi biss għaliex il-manifattura hi wkoll settur kruċjali li l-pajjiż irid jiffoka fuqu.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar il-każ tal-Astracas u qal li t-tmexxija ma żammitx lill-ħaddiema tagħha informati b’dak li qed iseħħ propju fil-Milied.
//= $special ?>