Internazzjonali

Is-Sea Watch f’nofs inkjesta; possibbilta’ li l-vapur jiġi sekwestrat

Din is-saga issa daħlet fl-10 jum tagħha

Il-każ tal-vapur Sea Watch 3 kompla jikkomplika ruħu fi tmiem il-ġimgħa wara li numru ta’ membri parlamentari Taljani ttieħdu abbord sabiex jaraw b’għajnejhom stess is-sitwazzjoni li qed jgħixu fiha s-47 immigrant abbord.

Issa, l-Qrati fi Sqallija bdew inkjesta sabiex jiġi stabbilit l-azzjonijiet li ħadu l-membri tal-ekwipaġġ malli salvaw lill-immigranti, u għaliex il-vapur ma qabadx rotta lejn it-Tuneżija – l-aktar port viċin qabel faqqet il-maltempata li laqtet iz-zona fejn seħħ is-salvataġġ.

Hemm ukoll biża’ li fuq il-vapur tfaqqa’ xi epidemija minħabba l-mard.

Għalhekk, qed tikber il-possibilta’ li l-vapur jiġi sekwestrat, u l-ekwipaġġ jibda jiffaċja akkużi serjissimi.

Il-Viċi Prim Ministru Taljan Di Maio stqarr, “Nissekwestraw il-vapur, u l-immigranti toħodhom l-Olanda”.

L-immigranti ilhom aktar minn 9 ijiem fuq il-baħar.