Lokali Parlament

Jeħtieġ viżjoni ċara għall-pajjiż

– Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Parlament David Agius

Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Parlament David Agius tkellem fil-parlament dwar il-politika tal-persważjoni u l-aspett pożittiv li din ħalliet fuq il-pajjiż u sostna li jeħtieġ miri ċari għall-2030 u l-2050 biex il-pajjiż ikun jaf fejn sejjer għaliex illum il-poplu ma jafx fejn sejjer il-pajjiż minħabba li l-gvera ma ppreżenta l-ebda pjan fit-tul fis-setturi ewlenin.

David Agius semma’ diversi setturi fosthom il-familji, l-ambjent, l-iskart, l-arja, it-trasport u t-trattament xieraq lill-annimali. Hu qal li l-valur primarju tal-Oppożizzjoni hu l-aħħja ejn kulħadd hu bniedem wieħed bid-drittijiet tiegħu. Il-ħajja tibda mal-konċepiment u tintemm mal-mewt naturali. Il-PN hu kontra l-abort u jemmen fid-drittijiet tal-bniedem; għalhekk soċjetà li jimpurtaha.

Il-Viċi-Kap tal-PN kompla li lpajjiż ma jistax jinsa minn fejn telaq u l-PN jemmen fil-valur tal-familja bħala s-sisien tas-soċjetà. Għalhekk jeħtieġ investiment qawwi fil-familja b’diversi inċentivi foshtom l-ppensjonanti. Il-PN għandu ruħ soċjali fit-twemmin tiegħu u jemmen f’nazzjon wieħed fejn kulħadd ikun parteċipi.

Jeħtieġ ħsieb kreattiv u kritiċi b’politka li ssaħħaħ it-talenti tan-nies b’aċċess għal kulħadd biex jirnexxi kulħadd. Il-PN jemmen f’għajxien ta’ kwalità għal kulħadd u ekonomija ta’ kwalità mhux prekarjat. Il-persuni m’humiex numri u jeħtieġ investiment fil-ħiliet tal-Maltin. Jeħtieġ fora tax-xogħol tas-sengħa.

Il-PN jemmen f’Malta Ewropea u f’pajjiż nadif f’kull sens; kemm fl-arja u l-iskart iżda wkoll mill-korruzzjoni.

David Agius qal li l-poplu xeba’ bis-serq fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma issa l-prezz internazzjonali taż-żejt tant raħas. Il-PN iwiegħed li jagħti lura l-flus misruqa.

Il-PN qed jappella biex l-Preidnet li jmis sikun ġej mill-kamp politiku differenti minn dak tal-Gvern.