Internazzjonali

L-ISIS jieħu r-responsabilta tal-attakk terroristiku kontra Katedral

L-ISIS ħa r-responsabbilta tal-attakk kontra katedral li kien hemm waqt il-qudiesa tal-Ħadd fil-Filippini.

Mal-20 persuna nqatlu hekk kif kienu qed jattendu għall-quddiesa tal-Ħadd fil-Katidral tal-Madonna tal-Karmnu, f’Jolo. Il-Pulizija qalet li kien hemm 81 persuna oħra li ndarbu fl-isplużjoni. Skont l-uffiċjali, l-ewwel bomba splodiet mal-katidral hekk kif kien mimli nies jisimgħu l-quddiesa, imbagħad hekk kif fil-post waslu l-forzi tas-sigurtà, splodiet it-tieni bomba.

Fl-1997, quddiem dan l-istess katidral, il-militanti Iżlamiċi kienu qatlu lill-Isqof Benjamin de Jesus.