Lokali

L-Oppożizzjoni se tagħmel minn kollox biex tnaqqas l-effetti negattivi ta’ Brexit – Adrian Delia

Għalina l-Maltin, id-diskussjoni dwar il-Brexit hija ta’ importanza u bilfors tqajjem interess. U l-Oppozizzjoni …se taghmel minn kollox biex tnaqqas dawk li jistghu ikunu l-effetti negattivi ta’ Brexit. Dan qalu l-Kap tal-PN Adrian Delia f’artiklu li kiteb fis-Sunday Times dwar Brexit u kif dan se jħalli impatt fuq pajjiżna.

Il-Kap tal-PN qal li llum hemm eluf ta’ ċittadini tar-Renju Unit li jqisu lil Malta bħala d-dar tagħhom. Fuq in-naha l-ohra tal-munita, hemm mijiet ta’ ċittadini Maltin li jistudjaw u jaħdmu fir-Renju Unit.

Ghalhekk, hu fl-interess taż-żewġ nazzjonijiet tagħna li jiġu stabbiliti arranġamenti biex jiġi żgurat tfixkil minimu fil-ħajja ta ‘ dawn il-familji u l-individwi.

Adrian Delia qal li ż-żewġ pajjiżi żviluppaw ukoll rabtiet qawwija fis-settur tas-saħħa. Pazjenti Maltin jagħmlu użu minn diversi servizzi mediċi fir-Renju Unit filwaqt li ħafna professjonisti Maltin fil-kura tas-saħħa jservu bi kburija u dedikazzjoni fl-isptarijiet tar-Renju Unit. Huwa sostna li dawn l-arranġamenti għandhom jiġu protetti fl-interess tal-pazjenti kemm f’Malta kif ukoll fir-Renju Unit.

Fl-analizi tieghu….Adrian Delia irrimarka kif il-gvern Malti kien u ghadu qed ikompli jopera taħt is-sħab skur ta’ korruzzjoni. Korruzzjoni li tħalli danni serji fuq il-kredibilità ta’ pajjiżna. Huwa sostna li mingħajr dan il-piż… Malta setgħet ġibdet aktar investiment mir-Renju Unit.

Adrian Delia insista li l-Gvern messu ghamel aktar biex nissodaw l-kunċett ta’ Ewropa maqgħuda – kunċett li bi Brexit żgur se jieħu daqqa.

Huwa għalaq billi qal li bħala Oppożizzjoni l-PN se jagħti appoġġ sħiħ lil kwalunkwe inizjattiva mmirata biex timminimizza l-impatti negattivi ta’ Brexit. Adrian Delia qal li l-PN propona u se jkompli jipproponi soluzzjonijiet li jistgħu jgħinu f’din it-transizzjoni diffiċli.