– Claudette Buttigieg, PN
Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg appellat biex b’mod immedjat issir riforma mill-qiegħ fit-Tribunal Industrijali.
Fil-parlament Claudette Buttigieg qalet li l-emendi li saru fil-passat kienu biss kosmteiċi dwar it-tribunal industrijali u staqsiet jekk hemmx pjan biex il-mod kif dan jaħdem ikun rivedut. Hi appellat għal diskussjoni fil-parlament dwar dan it-tribunal u staqsiet jekk il-Ministru Dalli tafx li l-persuni li jipprattikaw fit-tribunal m’huma kuntenti xejn dwar il-mod preċiż kif ikun kalkulat kumpens.
Hi staqsiet jekk il-Ministru Dalli hix konxja li dawk li jipprattikaw u jaħdmu għad-drittijiet tal-ħaddiema jew ta’ min jimpjega ma jistgħux jagħtu pariri bbażati fuq deċiżjonijiet preċedenti għaliex m’hemmx konsistenza. Il-każ jimxi skont liema chairperson jiġi quddiemu u l-każi qed ikunu deċiżi minn persuni li m’humiex imħarrġa fil-liġi.
Jeħtieġ li tinħoloq labour court biex il-pajjiż ma jibqax imwaħħal fil-passat. Hi staqsiet jekk kull min hu ġudikant hux kapaċi li jkun f’din i-pożizzjoni. It-Tribunal Industrijali għandu bżomnn riforma mill-qigħ u immedjata, sostniet Claudette Buttigieg.
//= $special ?>