Ir-rapper Malti Owen Leuellen, li ġie fit-tieni post tal-ewwel edizzjoni ta’ X Factor Malta, għamilha ċara li hu m’għandu l-ebda interess li jitla’ għall-Eurovision ladarba ma rebaħx.
Leuellen kien qed jirrispondi għal petizzjoni li bdiet fl-aħħar jiem biex Owen jakkumpanja lir-rebbieħa, Michela Pace, u flimkien jirrappreżentaw lil Malta.
“Għandi pjanijiet oħra għall-karriera tiegħi,” iddikjara Owen, li qal li hu kuntent u onorat li beda mix-xejn u wasal s’hawn, iżda qal li l-Eurovision mhux l-istil tiegħu.
Dan fl-istess waqt li faħħar lil Pace għat-talent tagħha u awguralha l-aqwa suċċess.
//= $special ?>