Kultura Lokali

Pjataforma għal ħarsien mir-riġenerazzjoni sostenibbli tal-wirt mibni

Binjiet b’wirt storiku jirrapreżentaw it-tipoloġija arkitettonika ta’ Malta u r-reġjun tal-Mediterran. L-inizjattiva li bdiet erba’ snin ilu taħt il-patroċinju tal-President Marie Louise Coleiro Preca tiffoka fuq ir-riġenerazzjoni sostenibbli ta’ dan il-wirt mibni.

NetNews tkellem mal-Perit Amber Wismayer fejn spjegatilna aktar dwar il-ħidma li saret f’dawn is-snin. Hija spjegat ukoll kif dan jista’ jgħin mhux biss lill-palazz ta’ San Anton, iżda anki binjiet oħra.

Il-Perit Amber Wismayer

Il-konkużjonijiet ta’ dan l-istudju fuq il-palazz ta’ San Anton iħejju wkoll pjataforma għal studji ta’ binjiet oħra b’wirt li hu mxerdin f’kull rokna tal-pajjiżna.

Tul l-attività kien hemm presentazzjonijiet minn esperti fosthom il-Perit Alex Torpiano, Nick McCullen, lettur fl-Università ta’ Bath kif ukoll Carolyn Hayles li hija lettur fl-Università Metropalitana ta’ Cardiff.