Lokali

Tislima lil Katya; mudella li ġabet magħha rivoluzzjoni

Dalgħodu tħabbret il-mewt tal-mudella u ikona tal-LGBTQ+ Katya fl-età ta’ 63 sena. Bosta nies kienu maħsuda għall-mewt mhux mistennija tagħha.

Katya kellha karriera fl-immudellar u fiż-żfin li tmur lura għas-snin sebgħin. Filfatt hi kienet immudellat għal aġenziji internazzjonali. Hi dehret ukoll fir-rivista popolari Vogue fis-sena 1984. Hi baqgħet timmudella sas-snin 90 fosthom mal-kumpanija lokali Charles and Ron.

Kienu diversi posts fuq il-media soċjali li sellmu l-memorja ta’ Katya, li iddeskrivewha bħala pijuniera b’qalb tad-deheb u li kienet dejjem lesta biex tgħin lill-oħrajn.