Lokali

‘Trid tkun taf lin-nies biex tinqeda’ – Kritika diretta lejn il-Gvern

Biex tinqeda mingħand Dipartiment tal-Gvern irid ikollok il-ħbieb tiegħek jaħdmu hemm.

Din hija biss parti zghira minn lista shiha ta’ kritika indirizzata lejn il-Gvern għas-sitwazzjoni attwali tal-Kunsilli Lokali f’pajjiżna – kritika li harget waqt laqgħa tas-Sindki fil-Parlament, fejn kienet diskussa r-riforma tal-Kunsilli Lokali.

Fost dawn kien hemm Mario Calleja, Sindku Laburista ta’ Marsaskala.

Xi ħaġa li magħha qabel ukoll is-Sindku Laburista tal-Qrendi li talab rispett mid-Dipartiment tal-Gvern.

Anke s-Sindku ta’ Birżebbuġa Joseph Cutajar tkellem dwar il-problema tal-burokrazija li jaffaċċjaw il-Kunsilli.

Bħalhom is-Sindku tal-Furjana Davinia Sammut li min-naħa tagħha esprimiet ix-xewqa li titneħħa l-burokrazija.

Is-Sindku tal-Birgu, John Boxall, meqjus bħala wieħed mill-iktar Sindki rispettati li għandu l-Partit Laburista saħansitra ddikjara li jiġi f’dubju jekk l-awtoritajiet jafux li l-Kunsill Lokali għadu jeżisti.

Boxall, li mhux se jerġa’ jikkontesta għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali saħansitra semma’ episodju fejn l-awtoritajiet qabżu u heddew lis-Sindku.

Kunsill Lokali li fi kliem Boxhall stess, spiċċa jittallab biex itella’ attività ta’ benefiċċju għal pajjiżna.

Fid-diskors politiku tal-Ħadd, fir-Rabat, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni responsabbli mill-Kunsilli Lokali Robert Cutajar ukoll għamel riferenza għal dawn id-diskorsi u fakkar kif l-Oppożizzjoni qed tkun proattiva.

Robert Cutajar qal li l-kummenti li ntqalu fil-Parlament kienu ġustifikati, għaliex l-Oppożizzjoni tisma’ dawn l-ilmenti regolarment. U kien ghalhekk li nediet sensiela ta’ proposti hi wkoll għar-riforma tal-Kunsilli.