Bħallum xahrejn, ir-Renju Unit jiddivorzja mill-Unjoni Ewropea – jew għallinqas dak hu l-ħsieb f’moħħ kulħadd, partikolarment l-uffiċjali ewlenin fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej.
Illum Theresa May se tkun qed tiffaċja serje ta’ voti fil-House of Commons, bil-Partit Laburista determinat li jimblokka x-xenarju ta’ ‘no deal’.
Il-vot tal-lum fil-Commons qed jitqies wieħed importanti li jista’ jsawwar il-futur politiku tar-Renju Unit. Fil-verita’, dawn se jkunu serje ta’ voti fuq emendi għall-fethim oriġinali – ftehim li d-deputati Ingliżi kienu diġa’ tajjrulu rasu meta tressaq fil-Parlament.
L-ispeaker se jkun qed isejjaħ għall-vot finali fuq dawn l-emendi aktar tard illejla għall-ħabta tad-9:30pm.
//= $special ?>