Lokali

Fil-Ħamrun: “Id-dawl ilu ġej u sejjer sa mil-lejl li għadda”

Residenti f’partijiet mill-Ħamrun ilhom minn matul il-lejl isofru qtugħ tad-dawl ripetutament u f’ħinijiet qosra, bil-konsegwenza li diġà ġew rappurtati ħsarat f’xi appliances.

Persuni li għamlu kuntatt magħna, fost l-oħrajn mill-inħawi tal-Mile End u qrib il-Knisja tal-Franġiskani, ilmentaw li sofrew qutgħ tas-servizz tal-elettriku għal mill-inqas erba’ darbiet sa mis-siegħa ta’ dalgħodu.

Spjegaw kif il-qtugħ tad-dawl ippersista għal ħinijiet differenti iżda l-problema prinċipali hi li dan qed jitbaxxa ripetutament b’danni u riskju għall-apparat tad-dar li jaħdem bl-elettriku.