– Mario de Marco, PN
Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco qal li l-Gvern kisser ir-reputazzjoni internazzjonali ta’ Malta u m’għandux viżjoni ekonomika għall-futur.
Fil-parlament id-deputat Mario de Marco qal li d-dħul tal-gvrn fl-aħġar snin żdied mit-taxxi diretti u indiretti, mill-bejgħ taċ-ċittadinanza (fl-ammont ta’ €700 miljun) u mill-€1 biljun fondi mill-UE. Id-dħul mit-taxxi bejn l-2013 u l-2018 tela’ minn €2.6 biljun għal €4 biljun. Parti sostanzjali minn din iż-żeida ġejja għax hawn iżjed ħaddiema jaħdmu u hawn iktar kumpaniji jagħmlu l-qligħ.
Hu kompla li dan hu riżultat tal-inizjattivi li tieħdu minn diversi gvernijiet u qal li l-gvern jemmen li l-ekonomija tikber għaliex qed jiżdied in-numru ta’ nies jgħixu fil-pajjiż. Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali qal li ma jistax jibqa jkun tkabbir jekk ma jkunx hawn ħaddiema biżżejjed.
Dan l-influss ta’ ħaddiema qed iġib ir-riskji miegħu iżda l-gvern ma pprjanax għal dawn ir-riskji li issa saru problemi reali u serji. L-ewwel problema hi l-mrosa tal-pagi fuq uħud mill-ħaddiema Maltin għaliex l-aqwa postijiet qed imorru għand ħaddiema barranin. Dan ammettih il-Ministru Evarist Bartolo li semma’ l-igaming u s-servizzi finanzjarji.
Qed jiġi wkoll ħaddiema barranin u qed jieħdu l-impjieg li għandhom paga baxxa fi-turiżmu, manifattura u fis-saħħa. Dan ammettih il-Prim Ministru. Il-qliegħ medju tal-ħaddiema qed jonqos u mhux jiżdied għaliex qed jiġu ħaddiema barranin biex jinżammu l-pagi baxxi. Il-ħaddiem Malti qed jibqgħalu l-posijiet mal-gvern fejn il-gvern għadu jimpjega. Fl-aħħar 10 ijiem l-MTA impjegat tmien persuni oħra midd-istrett tal-Ministru Konrad Mizzi.
Problema oħra hi l-isplużjoni fil-prezzijiet tal-propjetà u ta’ prodotti essenzjali. Il-propjetà hi problema kbira u ħafna qed jitkeċċew mis-suq tal-propjetà. Ħafan Maltin la jaffordjaw jixtru u lanqas jixtru propjetà. Min qed jieħu self għall-propjetà qed jidħol għal piż enomri sa wara li jirtira mix-xogħol. Il-Gvern m’għamel xejn lanqas investa fi skemi ta’ djar soċjali. Dan minkejja l-wegħda li parti mill-IIP qed tmur għal proġetti soċjali.
Id-dħul mis-sisa żdied meta din hi taxxa inġusta għax gġandha piż fuq dawk li jaqilgħu paga baxxa. Din hi taxxa fuq il-fuel, mobile detergent u prodotti oħra. Fl-2013 id-dħul mis-sisa kienet €224 miljun waqt li fl-2018 dan tela’ għal €336 miljun; żieda ta’ 76%; żieda ta’ €1,000 għal kull familja Maltija.
Mario de Marco semma’ l-previżjonijiet ta’ element negattiv fl-ekonomija Maltija fejn hemm sinjali li ċ-ċiklu ekonomiku qed imajna internazzjonalment. Hu sostna li l-Gvern mhux se jirnexxielu jġib l-istess ammont ta’ fondi daqs kemm Malta ġabet fl-2012 meta inġiebu €1 biljun għall-manifattura, l-infrastruttura u l-kompetittività. Għalhekk id-differenza għall-investiment trid tiġi mill-fondi lokali.
Id-deputat Nazzjonalista semma’ l-IIP qal li suppost din kellha tkun limitata għal numru ta’ persuna u hi mezz ta’ riskju ta’ ħasil ta’ flus Dan skont abbozz ta’ rapport mill-Kmmissjoni Ewropea. Il-gvern ma jistax jibqa jibbaża fuq id-dħul minn din l-iskema. Dan qalu wkoll l-IMF, li qal li ċ-ċiklu ekonomiku jidher liw asal għall-quċċata tiegħu. Hu qal li l-gvern qed jimxi ħażin fis-settur finanzjarju bil-konsegwenza li s-settur imur lura.
Mario de Marco qal li l-Pilatus Bank qatt ma jmissu ingħata liċenzja biex jopera u l-gvern kisser l-indipendenza tal-istat fejn l-IMF stess appella biex l-awtonomija tal-istituzzjonijiet u tar-regolaturi tkun slavagwardjata. Il-gvern keċċa lil min għamel ir-rapporti tal-FIAU flok ħa passi. Is-Satabank tħalla jopera bla kontroll. Il-Mnistru tal-Fiannzi għandu jispjega x’sehem kellu fit-tkeċċija ta’ Jonathan Ferris mill-FIAU. Parti mid-dħul tal-gvern fejn mill-ħmieġ li issa nqabad li għandhom jittieħdu l-passi.
Dan hu perjodu ta’ inċertezza minħabba Brexit, fejn Malta setgħet għamlet ħafna iżjed imma l-vuċi ta’ Malta kienet maħnuqa, stunata u mhux kredibbli. Dan minkejja li Malta kellha l-Presidenza tal-UE iżda issa l-pajjiżi tal-UE qed iħarsu lejn Malta b’suspett.
Mario de Marco semma’ l-infieq tal-Gvern li żied in-nefqa rikorrenti b’mod mgħaġġel ħafna. Bejn l-2012 u l-2018 l-ispiża rikorrenti telgħet minn €2.5 biljun gal €3.5 biljun, li parti minnha li ż-żieda tal-ħaddiema fis-settur pubbliku. Hekk kif qorbot l-elezzjoni tal-2017 iddaħħlu 1,500 persuna oħra li l-poplu jrid iħallas għalihom mit-taxxi. Dawn huma pjaċiri politiċi u mhux impjiegi meħtieġa. L-ispiża fuq il-pagi tal-ħaddiema tal-gvern żdiedet minn €612 miljun fl-2012 għal €828 miljun fl-21017.
Id-deputat Nazzjonalista qal li d-dħul rikorennti tal-gvern sa Novembru 2018 laħaq €3.9 biljun iżda skont l-istimi dan kellu jkun €4.5 biljun.
Mario de Marco semma d-diversi każi ta’ skandli li wettaq dan il-gvern u qal li l-gvern qed jagħti art tal-poplu bi ftit flus fejn il-poplu qed jitlef biluni ta’ ewros. Dawn il-flus setgħu jintużaw għal proġetti soċjali, tissaħħaħ is-saħħa primarja, is-sistema tal-pensjonijiet u l-faqar iżda l-prijoritajiet tal-gvern m’humiex dawn.
Il-prijoritajiet tal-gvern huma li jsiru kisbiet ta’ malajr anki jekk fuq il-pajjiż jintefa’ piż. Fil-pajjiż qed isseħħ qirda ambjentali u tkissret ir-reputazzjoni tal-pajjiż. Dan hu legat u piż li l-poplu se jġorr illum u l-ġenerazzjonijiet futuri.
//= $special ?>