Lokali

Bżonn li ma jinħeliex aktar ħin biex tintlaħaq id-direttiva

Importanti li issa jiġi użat b’mod għaqli iż-żmien qasir li fadal sabiex tiġi segwita d-direttiva fiż-żminijiejt stipulati.

Qalet dan il-GRTU fi stqarrija li ħarġet wara li ntlaħaq ftehim bejnhom u l-Gvern dwar il-pompi tal-petrol.

Il-ftehim intlaħaq fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet wara ħames snin minn mindu bdew is-diskussjonijiet.

Issa, qalet il-GRTU, huwa importanti li ma jinħeliex iktar ħin hekk kif fadal ftit żmien biex is-sidien jagħmlu t-tibdil fil-pompi tagħhom kif mitluba mill-ERA.