Lokali Parlament

Il-gvern ħoloq pajjiż bla ruħ u bla kuxjenza

– Beppe Fenech Adami, PN

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li l-gvern Laburista falla f’10 oqsma u ħoloq pajjiż bla ruħ u bla kuxjenza.

Fil-parlament Beppe Fenech Adami qal li dan hu gvern li falla f’diversi oqsra fosthom fil-qassam tal-edukazzjoni u ma fehemx li l-futur tal-pajjiż jiddependi mill-edukazzjoni tat-tfal. Dan hu gvern li nesa’ lill-għalliema fejn iktar min-nofs l-għalliema jitilqu mill-professjoni kieku jingħataw din l-opportunità.

Dan hu falliment kbir. Il-gvern ma kompliex fejn ħalla gvern Nazzjonalista u minkejja li wiegħed li se jkompli jinvesti fl-iskejjel bi skola ġdida kull sena, il-gvern falla totalment u ma żammx din il-wiegħda.

Il-Gvern falla fis-settur tas-saħħa, fejn biegħ tliet sptarijiet tal-pajjiż lil kumpanija privata bla esperjenza ta’ xejn. Ir-rekord tal-gvern hu li berbaq €50 miljun f’sena biex il-poplu ma ħa xejn lira. Hu qal li din il-ġimgħa r-rapport tal-European Soical Policy Network li dan il-pajjiż hawn sitwazzjoni fejn l-out-patients waiting list qed tiżdied. Fl-2019 hawn rapport mill-UE li wara l-analiżi li għamlu f’dan il-pajjiż għad hawn medja ta’ 40 ġimgħa biex tingħata appuntament l-isptar.

Dan hu suppost gvern tal-ħaddiema iżda wara sitt snin il-gvern fall fil-ġlieda kontra l-faqar fejn hawn viċin 80,000 persuna li jinsabu f’riskju ta’ faqar. Dan meta l-ekonomija sejra tajba u meta l-gvern jgħid li għandu surplus.

Il-gvern falla wkoll fid-djar soċjali fejn il-gvern qed jinnegozja 100 metru kwardu bi fit miljun meta din tiswa €700 miljun. Il-Prim Ministru qed jipprova jqarraq meta jgħid li ss tinbena lukanda ta’ sitt stitlel meta kulħadd jaf li l-laħma hi 100 metru kwardu f’appartamenti. Dan hu serq! Il-PL jrid jagħti art bix-xejn f’Pembroke waqt li l-Gvern Nazjzonalista bena appartamenti soċjali fl-istess lokal. Hu insult li l-gvern jgħid li ss jibni l-appartamenti bil-flus tal-bejgħ tal-passaporti.

Dan il-gvern falla fil-ġlieda kontra d-droga, sostna Beppe Fenech Adami, li faħħar il-ħidma tad-dwana Matija. Il-pajjiż hu mifquħ bid-droga u dan hu falliment kbir ta’ dan il-gvern fejn Malta trasformat ruħha f’ċentru tat-traffikar tad-droga b’mod massiċċ.

Falliment ieħor tal-gvern hu fl-immigrazzjoni fejn hi traġedja oxxena li fil-Mediterran reġgħu għerqu 170 persuna. Dwar dan kulħadd ħasel idejh u ma saret l-ebda stqarrija ministerjali. Minn wara dahar il-poplu, l-Prim Ministru Joseph Muscat kien għamel ftehim sigriet mal-Prim Ministru Taljan Renzi beix l-immigranti jmorru l-Italja. Dan hu gvern li qata’ qalbu li jipperswadi lill-UE li din hi problema tal-UE kollha. Issa l-gvern qed jipprova jagħmel ftehim mad-diversi pajjiżi u ngħata permess biex pajjiżi tal-UE ma jħossux il-piż li jaqsmu parti mill-problema.

Beppe Fenech Adami qal li l-gvern fil-libertà tal-espressjoni u tas-saltna tad-dritt. Taġħt dan il-gvern inqatlet il-ġurnalista li kienet tikteb kontra l-gvern iżda flok il-pajjiż uża l-enerġija biex jinqabdu l-qattiela saret kruċjata kontra x-xemgħat tat-tama u l-fjuri biex issir ġustizzja.

Il-gvern falla wkoll fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni; fejn Transparancy International issa ddikjaraw li Malta tinsab fil-51 post meta qabel kienet fil-25 post fil-korruzzzjoni. Fot il-kroruzzjoni hemm tal-power station fejn inħadmet skema fejn Konrad Mizzi u keith Schembri kienu se jirċievu €150,000 fix-xahar minn fuq il-power station. L-istess fuq l-isptarijiet li l-gvern biegħ lil kumpanija li ma tifhimx fis-saħħa u ingħataw €50 miljun. Dawn l-isptarijiet kienu trasferiti lil kumpanija orħa bil-repzz ta’ €1 biss.

Dan il-gvern falla fil-wegħda ta’ ‘Malta tagħna lkoll’ fejn illum Malta saret tal-klikka bil-ħbieb tal-Prim Ministru issa jsiru wkoll ambaxxaturi. Fl-aħħar jiem persuna bla kredenzjali diplomatiċi kien maħtur ambaxxatur tal-Montenegro sempliċiment għax hu ħabib tal-Prim Ministru.

Il-gvern qed jixtri lill-ġurnalisti li jkunu midjuna ma’ kulħadd u jpoġġiehom konuslenti. Fost dawn hemm ġurnalist fuq l-One TV li ffroda lin-nies u dawn qed jiġru warajh. Il-gvern tah €35,000 paga biex forsi jħallas lil dawk in-nies li jrid iħallas u li ffrdoa. Il-gvern jagħti anki tenders lil xi persuni li jkunu mgħaffġa biex jirkupraw basta jieħu ritratt mal-Prim Ministru.

L-għaxar falliment hu li l-gvern tilef ruħu; gvern li għamel il-flus l-alla ta’ kollox. Kollox sar għandu prezz u xejn m’għandu valur. Għall-flus ikissru l-identità u l-integrità tal-pajjiż u jarmu d-diċenza, sostna Beppe Fenech Adami.